Raħal il-Gallo

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet (bejn l-24 u s-26 t'Awwissu 2017) kont wieħed mill-awturi mistiedna għall-Festival Meditteranju ta' Malta tal-Letteratura li nżamm ġewwa Forti Sat Iermu. Atmosfera bellezza għall-qari ta' proża. Fl-intervent tiegħi tal-Ġimgħa nqara l-ewwel kapitlu ta' Nex, bl-Ingliż, minn Keith Borg (ta' dan inroddlu pubblikament ħajr). Jien qrajt it-tieni u t-tielet kapitlu mill-aħħar …

Continue reading Raħal il-Gallo

Advertisements

Volens: kif beda.

Wara Prima Facie, xtaqt punt tat-tluq għal kollox differenti għal Volens (it-titlu ġie f'moħħi qabel bdejt niktbu, bħal fil-każ tat-tnejn l-oħra wkoll): kelli r-rieda li jkun omaġġ għan-noir li trabbejt naqra mis-sena elfejn 'l hawn. Għalhekk meta niftakarni npoġġi u nibda nħażżeż l-għanqbuta (ara stampa fuq) tal-plot ewlieni li jdur madwar id-delitt ta' Martin Mizzi …

Continue reading Volens: kif beda.

Fathi Shaqaqi: misteru internazzjonali

Nhar il-Ħamis 26 t'Ottubru 1995 raġel b'passaport Libjan, allegatament imsejjaħ Ibrahim Ali A. Shawesh ta' 43 sena, inqatel b'ħames tiri f'rasu għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta' waranofsinhar. Huwa nqatel barra l-entratura tal-lukanda Diplomat ġewwa Tas-Sliema, waqt li kien qed jippassiġġa ftit wara l-wasla tiegħu f'Malta dakinhar stess, minn persuna li avviċinah jiġri u li mbagħad …

Continue reading Fathi Shaqaqi: misteru internazzjonali

Sylvia King

    Illum mhux beħsiebni nitkellem fuq misteri jew delitti għadhom fil-għama. Mhux għax ma hemmx xi tgħid jew x'titfa dawl. Iżda għaliex ħassejt li jkun aktar ġust li nfakkar vittma ta' delitt aħrax u brutali li seħħ kważi 24 sena ilu. Kważi kwart ta' seklu.     Sylvia King. Waħda mill-aqwa bowlers ta' żmienha u li …

Continue reading Sylvia King

Il-Misteru Seguna, delitt f’Ħad-Dingli: it-tieni parti.

Ilbieraħ bdejt nikteb dwar id-delitt tal-għassies Marsi, Maurice Seguna, li nqatel kiesaħ u biered waqt li kien għassa ma' binja governattiva fil-lejl ta' bejn is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta' Ġunju 1993. U għalkemm għaddew iżjed minn għoxrin sena, jidher li dan il-każ għadu stampat sew f'moħħ ħafna nies. U bħal ħafna delitti oħra mhux …

Continue reading Il-Misteru Seguna, delitt f’Ħad-Dingli: it-tieni parti.