Sleuth

X'jagħmel awtur ta' rumanzi polizjeski qabel jibda jikteb? X'tip ta' riċerka jħejji? Dwar żjajjar madwar Malta u iżjed.

Advertisements

Misteru Malti

Nista' nsemmi għexieren ta' delitti li seħħew matul dawn l-aħħar erbgħin sena u li għadhom stampati f'moħħi daqslikieku ġraw ilbieraħ. Għal dawn it-tip ta' ġrajjiet għandi memorja fotografika u għadni  niftakar preċiż preċiż id-dettalji tagħhom: x'ġara, fejn, min inqatel, min qatilhom (jekk biss ġew solvuti, għax għad fadal mijiet li mhumiex), kif żvolġiet l-investigazzjoni dak …

Continue reading Misteru Malti

Ispirazzjonijiet Nex-jani, 1.0

Kemm-il darba stqarrejtha fil-pubbliku kif ukoll ma' ħbieb u segwaċi tiegħi: il-mużika tilgħab parti importanti ħafna waqt il-vjaġġ tiegħi tal-kitba sa mill-ippjanar għal matul il-kitba tal-ewwel draft u l-editjar. Mingħajr mużika nsibha bi tqila nikkonċentra nikteb jew nħażżeż. Ħafna jistagħġbu iżda fil-verita' nsibha ispirattiva: mill-mużika instrumentali jew klassika sa dik rock u indie hija eleġibbli. …

Continue reading Ispirazzjonijiet Nex-jani, 1.0

Book video

Lura għall-elfejn u għaxra, għall-ħabta ta' Frar (sakemm il-memorja ma bdietx tilgħab noli), niftakarni nirċievi email mingħand il-pubblikatur tiegħi. Fiż-żmien ftit qabel ma tniedi ktieb ġdid - u Prima Facie kien ħa jkun id-debutt tiegħi - il-korrispondenza mal-Merlin iżżid sew fit-traffiku virtwali. Tirfina 'l hawn, tirranġa 'l hemm, tipproponi dak, tiddiskuti l-ieħor u tibqa' sejjer …

Continue reading Book video

Minn fejn twieled Volens

L-Aħrax tal-Mellieħa minn dejjem rabba ċertu seħer fuqi. Forsi għaliex meta l-ġenituri tiegħi ma kinux isuqu kont narah donnu post fejn ħalla l-karkura x-xitan. Forsi għaliex minn hawn stajt tara l-baħar kollu quddiemek b'dawk l-irdum wieqaf u perikoluż - jien li minn dejjem batejt minn vertigo qawwi. Iżda naħseb iżjed minn dan kollu kien delitt …

Continue reading Minn fejn twieled Volens

Prima Facie: imnejn telaq?

Sa minn dejjem kelli fissazzjoni daqsxejn stramba fuq serial killers, id-delitti mwettqa minnhom u r-raġuni għala wasslithom għal din it-tali mġiba. Biss biss jekk wieħed isemmi lil Ted Bundy (l-ispirazzjoni ewlienija għall-protagonist tar-rumanz tiegħi) b'dik il-kariżma tiegħu li ħallet warajha u swiet il-ħajja ta' tletin mara; lil Jeffrey Dahmer, il-Yorkshire Ripper u l-bqija, ma tispiċċa …

Continue reading Prima Facie: imnejn telaq?

Il-Ġenesi

F'kull vjaġġ hemm il-bidu, xi mkien jew ieħor. U għalkemm minn mindu kont tifel kont litteralment miġbud lejn l-istejjer polizjeski jew ir-rapporti  fil-gazzetti ta' delitti mwettqa f'pajjiżna, qatt ma kien jgħaddili minn moħħi li xi darba jew oħra ħa nispiċċa nippubblika sensiela ta' kotba propju fuq dan is-suġġett. Iżda darba waħda, fis-sajf tal-elfejn u erbgħa, …

Continue reading Il-Ġenesi