Minn fejn twieled Volens

6a313b66db5edfdd5e233a19662eb0f6384525494-1301549366-4d941136-620x348

L-Aħrax tal-Mellieħa minn dejjem rabba ċertu seħer fuqi. Forsi għaliex meta l-ġenituri tiegħi ma kinux isuqu kont narah donnu post fejn ħalla l-karkura x-xitan. Forsi għaliex minn hawn stajt tara l-baħar kollu quddiemek b’dawk l-irdum wieqaf u perikoluż – jien li minn dejjem batejt minn vertigo qawwi.

Iżda naħseb iżjed minn dan kollu kien delitt brutali li seħħ fl-1989 ġewwa kmajra f’tarf il-baħar (ara ritratt ta’ fuq) u li ħa ħmistax-il sena biex jissolva. Ta’ tifel li kont domt żmien twil inżomm f’moħħi d-dettalji tal-każ: Żaren Ebejer, għażeb Karkariż ta’ 58 sena, misjub maqtul mixħut mal-art b’tiri f’wiċċu u sidru nhar id-9 t’April 1989*. Saħansitra niftakar bullettini tal-aħbarijiet jitolbu l-kooperazzjoni tal-pubbliku sabiex jidentifikaw il-vittma. Nibtu ħafna teoriji dwar għala nqatel u min qatlu. Iżda soluzzjoni tal-każ baqgħet ma nstabitx.

Sakemm f’Ottubru tal-2003, informatur tal-Pulizija għamel kuntatt mal-Ispettur Chris Pullicino tad-DIK u mplika lil ċertu Ġorġ Pace, magħruf bħala Il-Berqa, li wara li ta stqarrija kontradittorja nfexx f’bikja u ammetta kollox. Fosthom kif hu, Mikiel Vella l-Fixx u Karmnu Sant Ħarbat, kellhom f’moħħhom jisirqu lil Ebejer għax mingħalihom li kien sinjurun – il-vittma kien għadu kemm jirritorna minn Wales fejn kien emigra – lagħbuh billi stednuh għal ikla l-Aħrax u qatluh kiesaħ u biered. Illum il-każ huwa magħluq wara li fl-2009 tnejn mill-akkużati ngħataw tletin sena ħabs kull wieħed.

Meta ġejt biex bdejt naħdem u nippjana fuq id-“delitt” ta’ Martin Mizzi, il-player tal-Hibernians maqtul fil-bidu ta’ Volens, qatt ma kelli dubju fejn kelli bi ħsiebi nwettqu u nħallieh mejjet mgħarraq f’demmu …

* Wieħed jista’ jsib referenza diretta għal dan id-delitt f’paġni 38-39 ta’ Volens.

Mizieb-Ahrax 055.jpg

 

Advertisements

6 thoughts on “Minn fejn twieled Volens

    1. Ovvjament għal raġunijiet ta’ grafika ma stajtx nidħol f’dettalji żejda iżda niftakar sew li kienu sabuh biss bil-ħwejjeġ ta’ taħt (kienet ix-xitwa ma ninsewx) u li talment kienu tiri mill-viċin li ma setgħux jagħrfuh.

      Sakemm ħareġ Volens dak kien l-uniku delitt li seħħ f’dawk l-inħawi – almenu anke skont Edward Attard. Wara t-tnedija tar-rumanz kien hemm delitt ieħor ftit ‘il bogħod mir-ritratt ta’ taħt.

      Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s