Misteru Malti

castello_1-2

Nista’ nsemmi għexieren ta’ delitti li seħħew matul dawn l-aħħar erbgħin sena u li għadhom stampati f’moħħi daqslikieku ġraw ilbieraħ. Għal dawn it-tip ta’ ġrajjiet għandi memorja fotografika u għadni  niftakar preċiż preċiż id-dettalji tagħhom: x’ġara, fejn, min inqatel, min qatilhom (jekk biss ġew solvuti, għax għad fadal mijiet li mhumiex), kif żvolġiet l-investigazzjoni dak iż-żmien, ritratti tax-xena tar-reat, eventwali kumpilazzjonijiet u ġurijiet, eċċetera. Ħafna drabi kont naqra l-artikli kollha fil-gazzetti, speċjalment dawk bil-Malti li kellhom ħabta jkunu dettaljati mmens.

Il-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia ġewwa daru, Castello Zammitello (ironikament illum sala tat-tiġijiet), fil-limiti tal-Imġarr fi triqtek lejn il-Ġnejna huwa wieħed minnhom. Huwa nqatel fis-27 t’Ottubru tal-1988 b’tir ta’ senter għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija quddiem ir-residenza tiegħu wara li rċieva telefonata ġewwa daru. Huwa nstab daqs nofs siegħa wara minn żewġ żgħażagħ li kienu għaddejjin mill-akkwati.

Preżubilment huwa ħareġ sabiex mingħalih ħa jiltaqa’ ma’ xi ħadd li jaf tant hu hekk li ħalla l-kitla fuq in-nar kif ukoll ħalla l-kartiera, mimlija flus, warajh fil-kamra tas-sodda ħaġa li skont l-investigazzjonijiet ma kellux drawwa jagħmel. Kif kien dieħel fil-karozza tiegħu, tant li ċ-ċwievet tal-vettura kienu nstabu ftit ‘il bogħod mill-vittma, Sant Cassia sofra tir ta’ senter f’rasu li ġie sparat minn warajh. L-arma tad-delitt baqgħet qatt ma nstabet.

Huwa każ li għandu s-sintomi kollha ta’ delitt fuq kummissjoni – ħaġa li emmint fiha sa mill-bidu nett – u mbagħad ikkoraboratha mill-arrest u l-ammissjoni innifisha tal-preżunt qattiel tiegħu fl-2006. Kien delitt marbut ma’ bejgħ ta’ propjeta’? Taħwid u abbuż fil-propjeta’ minn terzi persuni? Li hu ċert li min qabbad lill-qattiel kien jafu sew lill-Baruni u l-vittma kien jafdah.

Iżda iktar importanti minn kollox għalfejn GĦAXAR SNIN ILU: “A second person, who is believed to have commissioned the murder, is being detained by the police.” U minn dakinhar il-baħħ? Daqslikieku miet kollox fuq ommu …

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s