Sleuth

 

img_1260Ħafna qarrejja – jew almenu dawk li niltaqa’ magħhom jien inkella dawk illi jkellmuni in persona jew jikkuntattjawni online – għandhom impressjoni għal kollox differenti tal-proċess ta’ kitba polizjeska. Saħansitra ħafna jaħsbu li awtur jintefa’ fuq laptop itektek kelma wara kelma sakemm da dam ir-rumanz ikun lest u voila’ dritt għall-istampar.

Iżda jekk xejn waħda mill-aktar fażijiet eċċitanti ta’ rumanz ġdid tiġi QABEL kull forma ta’ kitba. Meta tkun għadek qed tħejji l-plot (u s-subplot) u tinseġ l-għanqbuta ta’ karattri antiki/ġodda, tlaħħamhom b’eżistenza kompluta, eċċetera. Ir-riċerka trid tkun dettaljata: tintervista persuni li jafu ħafna aktar minnek fuq il-qasam li ħa tikteb dwaru (eżempju: awtopsji, armi) sabiex tkun awtentiku u reali kemm jista’ jkun; tfittex online kull informazzjoni possibbli ħalli tkun fattwali l-iżjed possibli; kif ukoll tmur fuq il-postijiet ġewwa l-lokalitajiet infushom li ħa tuża’ matul ir-rumanz. Dan il-Vanġelu ilni naħlef bih sa mill-bidu nett ta’ kitbieti fl-2008.

Dort ħafna rkejjen madwar Malta, qlajt ħafna ħars kurjuż u xi ftit ikrah, fixkluni ma’ diversi nies (minn aġent tal-propjeta’ sa investigatur privat) jien u niġbed ir=ritratt ta’ ismijiet ta’ toroq, residenzi privati, tabelli tat-traffiku u l-bqija.

U r-ritratt t’hawn fuq – meħud ġewwa Triq il-Ponta fl-Isla fis-Sajf tal-2013 – huwa xhieda ta’ dan. Kelli f’moħħi personaġġ ġdid għal Nex*, importanti għall-isfond tal-ġrajja u tal-intriċċi, u biex nifhmu u ntih il-ħajja rrid nimmaġina KIF u FEJN jgħix billi nistħajjilhom b’għajnejja fuq il-post.

Terraqt ħafna minħabba Nex, mill-Marsa għal Ħ’Attard għal Birkirkara għal Wied il-Għajn sal-Imġarr, u f’kull post ġarrejt l-esperjenzi tal-personaġġi miegħi. Iżda l-Isla sa minn dejjem kellu ċertu seħer fuqi. Kif stajt ma nużahx?

*Dan il-karattru jidher għall-ewwel darba f’Kapitlu XXVIII paġna 169 (tinkwetawx, ma żvelajt ebda sigriet ta’ Fatma)

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s