Il-Misteru Seguna, delitt f’Ħad-Dingli: it-tieni parti.

20170103_111452-1

Ilbieraħ bdejt nikteb dwar id-delitt tal-għassies Marsi, Maurice Seguna, li nqatel kiesaħ u biered waqt li kien għassa ma’ binja governattiva fil-lejl ta’ bejn is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Ġunju 1993. U għalkemm għaddew iżjed minn għoxrin sena, jidher li dan il-każ għadu stampat sew f’moħħ ħafna nies.

U bħal ħafna delitti oħra mhux solvuti, dan il-qtil għadu mgeżwer f’ħafna misteri. L-ikbar wieħed jibqa’ bla dubju: għalfejn inqatel?

Għal ħafna żmien it-teorija ewlenija kienet li Seguna nqatel bi żball, f’każ ċar ta’ mistaken identity, meta fis-satra tal-lejl il-qattiel ħasbu xi ħadd ieħor li kellu f’moħħu ħalli jwettaq vendetta minnu.

Mill-eżamijiet forensiċi tal-espert forensiku, it-Tabib Anthony Abela Medici, u l-espert ballistiku, il-Brigadier Maurice Calleja (illum it-tnejn irtirati), irriżulta li l-qattiel kien immodifika (biddel) il-balal ħalli mal-kolpi ċ-ċomb ma jinfirixx u għaldaqstant ikollhom aktar konsegwenzi mortali, kif fil-fatt ġara.

Fil-ktieb tiegħu Minn taħt L-Inċira (1996), Joe Mifsud (illum Maġistrat) kien żvela li l-Pulizija kienet waslitilha informazzjoni kunfidenzjali li xi xhur qabel, fl-istess inħawi fejn seħħ id-delitt, persuna midħla taċ-Ċentru tal-Kompjuters tal-Gvern kien immolesta tlett ibniet minorenni. U li l-Korp kien ħadem fuq it-teorija li għaldaqstant din kienet l-azzjoni bi tpattija ta’ missier li forsi ma rax ġustizzja tiġi mwettqa. F’dan il-kuntest kollu huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li Seguna kien liebes pajżan.

seguna

Il-kamra tal-għassiesa

It-tieni teorija hija djammetrikalment opposta għal ta’ qabel. Min qatlu kien jaf x’inhu jagħmel u ma neħħix ħajja ta’ xi ħadd bi żbalji mortali. Anzi mhux talli hekk talli skont il-ġurnalist John Pisani, kien infurmat bil-mument opportun li seta’ jneħħi ħajjet Seguna. Il-ħin, id-dlam u l-post imwarrab kienu perfetti. Means, motive and opportunity, kif jgħidu.

Din il-linja tal-investigazzjoni, mistħarrġa wkoll mid-DIK (Dipartiment tal-Investigazzjinijiet Kriminali) taħt it-tmexxija tal-ex-Spetturi Pawlu Sammut u Manwel Cassar, fil-fehma tiegħi tagħmel aktar sens fil-kuntest kollu u hija msaħħa minn diversi fatturi:

a) lil Leli Seguna, missier il-vittma, kienet waslitlu nformazzjoni li persuna speċifika kienet avviċinat ŻEWĠ persuni partikolari sabiex joqtlu lil Maurice Seguna u dawn it-tnejn irrifjutaw u filfatt wieħed minnhom kien ċempel anonimament lil Seguna b’din l-informazzjoni, li eventwalment għaddieha lill-Korp li iżda ma kellux biżżejjed provi fil-persuna konċernata minkejja li kienu qed jissuspettaw fih/a;

b) Il-mod kif ġew sparati t-tiri jindika li l-qattiel kien jaf x’inhu jagħmel u ried jagħmel ċert li Seguna jħalli ħajtu hemm.

Ovvjament f’dan l-istadju ma nistgħux ngħidu kienx delitt imwettaq fuq kummissjoni nkella twettaqx mill-moħħ wara d-delitt innifsu. Ġew interrogati, bħal dejjem, diversi qraba tal-vittma, inkluż martu, saru diversi testijiet forensiċi fuq ħwejġu u saħansitra ttieħdu barra l-pajjiż li ħadu s-snin iżda xorta waħda ma wasslu għal imkien.

Min għandu aktar informazzjoni dwar dan il-każ jaf x’għandu jagħmel.

“The Dead cannot cry out for Justice. It is a duty of the Living to do so for them.”

Lois McMaster Bujold

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s