Sylvia King

    Illum mhux beħsiebni nitkellem fuq misteri jew delitti għadhom fil-għama. Mhux għax ma hemmx xi tgħid jew x’titfa dawl. Iżda għaliex ħassejt li jkun aktar ġust li nfakkar vittma ta’ delitt aħrax u brutali li seħħ kważi 24 sena ilu. Kważi kwart ta’ seklu.

    Sylvia King. Waħda mill-aqwa bowlers ta’ żmienha u li pattiet b’ħajjitha għal ġest uman li tgħin ħabiba fil-bżonn. Hija li kienet tagħmel parti minn organizzazzjoni volontarja u non-governattiva li tgħin nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.

20170103_093959-1_1487083669274_resized

Kien għad kellha biss 36 sena u kienet sid il-bar popolari Lemon and Lime ġewwa Wied il-Għajn u kienet waħda mill-aktar sportivi rispettati fil-pajjiż. Iżda agħar minn hekk, hija inħarqet ħajja b’mod brutali minn żewġ persuni f’wieħed mill-aktar delitti xokkanti tal-istorja ta’ qtil f’Malta nhar l-4 t’April 1993.

Hija nstabet maħruqa (marbuta u ġewwa l-bagoll tal-karozza tagħha stess, Honda Civic, wara li xhieda rawha tiġi maħtufa minn żewġ persuni f’Wied il-Għajn. Aktar tard instab li ż-żewġ qattiela tagħha kienu Joseph Harrington ( li kien ir-raġel ta’ ħabiba tagħha u li dak iż-żmien kien għaddej minn proċess ta’ separazzjoni) u Tommy Baldacchino li tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil tagħha fit-8 t’April u fl-1997, wara ġuri instabu ħatja u waqt li Harrington ingħata sentenza t’għomor il-ħabs bħala l-eżekutur materjali tad-delitt, Baldacchino nstab ħati ta’ kompliċita’ u ngħata sentenza iqsar wara li għen lill-Pulizija bl-investigazzjonijiet tagħhom.

20170103_094153-1_1487083667591_resized

Harrington miet ġewwa l-Mater Dei f’Settembru tal-2014 wara marda twila, waqt li Baldacchino kien instab mejjet ġewwa appartament f’Buġibba kawża ta’ overdose t’eroina f’Novembru tal-elfejn u tlieta. Baldacchino kienu ilu barra mis-sena ta’ qabel u taħt probation fuq pussess ta’ droga.

Għax għalkemm il-każ għadda u sar parti mill-imgħoddi, il-passat jgħallimna li importanti ma ninsew qatt.

Fuq il-każ ta’ King u l-vjolenza domestika (le, qatt mhu ġustifikat terfa’ idejk fuq mara!) nissuġerilkom taqraw l-artiklu ta’ Josanne Cassar li deher is-sena l-oħra. Fih ħafna x’tixtarr u tomgħod.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s