Min hu Mark Camilleri?

IMG_20171112_072343_635

Mark Camilleri twieled fl-1977 u trabba l-Mosta fejn gћadu jgћix sal-lum. Iggradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u ilu jgћallem gћal dawn l-aћћar sbatax –il sena fejn fil-preżent huwa Assistent Kap ta’ Skola fi skola primarja tal-Istat. Sa minn ċkunitu ћabb il-qari u l-kitba ta’ poeżiji jew stejjer qosra.

Bejn email u oħra jirnexxielu jsib ċans jikteb regolarment rumanzi u novelli polizjeski inkella xi bloggata fuq
http://spetturgallo.blogspot.com/.

Bħalissa Camilleri qed jagħmel Diploma fil-Letteratura Maltija ġewwa l-Università ta’ Malta.

Ħajjet Mark Camilleri ma ddurx biss ma’ Gallo iżda jehda b’diversi passatempi oħra. Is-safar barra l-pajjiż ifittxu daqs il-ħobż. Il-football huwa passjoni li ilha ġo fih sa minn ċkunitu u l-Juventus huwa kredu ewlieni f’ħajtu. Għaldaqstant logħba tagħhom jipprova ma jitlifha qatt u ma jibdilha ma’ xejn. Passjoni oħra li jsegwi ta’ spiss hija ċ-ċinema u s-serje Britanniċi u Amerikani (l-aktar dawk crime) ta’ kull ġimgħa. U ktieb jiġri dejjem miegħu daqs l-aqwa Dr. Watson.

Xogħol ippubblikat:

Gallo – f’45 (2009)

Prima Facie (2010)

Volens (2013)

Nex (2016)

Advertisements